Linji tal-ajru li joffru titjiriet minn numru ta’ pajjiżi Afrikani u Lvant Nofsani lejn l-Istati Uniti se jiġu mitluba li jiċċekkjaw jekk il-passiġġieri għandhomx apparat elettroniku, liema apparat mhux se jkunu jistgħu iġorru fil-hand luggage jew fil-basket tagħhom iżda se jiġu mitluba li jpoġġu fil-bagalja.
L-uffiċjali spjegaw li dawn ir-regoli mhux se jaffettwaw il-linji tal-ajru internazzjonali kollha. L-amministrazzjoni qalet li dan l-apparat teknoloġiku ma jinkludiex il-mobiles.
Uffiċjal tal-avjazzjoni stqarr mal-midja internazzjonali li dawn huma miżuri ta’ sigurtà. Dan fid-dawl ta’ attakki u theddid terroristiku. Huwa qalu li jekk dawn il-miżuri ma jittieħdux, iċ-ċittadini mhux se jkunu protetti minn dan it-theddid minħabba nuqqas ta’ sigurtà f’pajjiżi oħra.