Bormliż ta’ 42 sena li għandu l-vizzju tad-droga, ammetta li ħebb u kkaġuna ġrieħi ħfief lil ibnu ta’ ħdax-il sena u lil ommu.
Il-każ seħħ nhar it-Tnejn fid-dar fejn jgħixu fl-Isla, flimkien mat-tliet ulied l-oħra tal-akkużat.
Ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom garanzija personali ta’ €5,000, u bil-patt u l-kundizzjoni li ma jersaqx lejn l-Isla.