Investigazzjoni tal-Awtorità Maltija għall-Konsumatur dwar ir-rati ta’ trasport imħallsa minn ġeniturii li jibagħtu lit-tfal fi skejjel tal-Knisja ma sabitx abbuż minn naħa tal-operaturi tal-minibuses. Din is-sena l-operaturi żiedu l-prezzijiet tagħhom. Dan f’mument fejn il-Gvern ta’ inċentiv fit-taxxa lil dawk li jibgħatu lil uliedhom permezz ta’ dan it-trasport u l-prezz tad-diesel naqas.
Dan wassal biex ħafna ġenituri lmentaw mal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Konsumatur. Kien fl-aħħar jiem li l-Awtorità ikkonkludiet investigazzjoni ta’ 27 paġna, li magħtulha irriżulta li kien hemm żidiet fil-prezz. Minkejja dan, wara li stħarrġet diversi fatturi, l-Awtorità qalet li din mhux l-ewwel sena li kien hemm żidiet u li m’hemmx evidenza biżżejjed li turi li l-prezzijiet huma eċċessivi u għalhekk il-koperattiva ma tistax tinstab ħatja li qed tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq, skont l-att tal-kompetizzjoni.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/decision.pdf”]