F’laqgħa li saret illejla fiċ-Ċentru Ċiviku ta’ Birkirkara, il-kunsilliera Karkariżi ma qablux fuq minn għandu jkun is-Sindku ta’ Birkirkara għal-leġiżlatura sħiħa.
Il-kunsilliera f’isem il-Partit Laburista innominaw lil Yana Borg Debono Grech, filwaqt li n-naħa tagħhom il-kunsillieri f’isem il-Partit Nazzjonalista nnominaw lil Desirei Grech.
Wara li ttieħdu sitt votazzjonijiet, xorta waħda ma kienx hemm qbil għal persuna li servi f’din il-kariga.
Issa, il-ġimgħa d-dieħla terġa’ ssir laqgħa tal-Kunsill Lokali b’tentattiv li jintlaħaq qbil – fejn jekk dan ma jsirx jiskatta mekkaniżu li jgħid li l-persuna li ġabet l-akbar ammont ta’ voti mill-partit li kiseb l-aktar voti tmexxi l-Kunsill Lokali għat-tliet xhur li ġejjin.
Intant, ilbieraħ Il-Partit Laburista qal li huwa essenzjali li jiġi rispettat il-verdett tal-elettorat Karkariż u jsir dak li hu l-aħjar fl-interess tar-residenti ta’ Birkirkara.