Dominic Azzopardi ta’ sebgħa u tletin sena ġie liberat wara li ma nstabx ħati li fl-elfejn u għaxra offra li jixtri d-droga eroina u kannabis għal persuna oħra.
Fil-Qorti nstema’ kif il-Pulizija saru jafu li Azzopardi allegatament ibigħ sustanzi illegali wara li dan kellu argument ma persuna oħra, u allura għamel ir-rapport mal-Pulizija b’vendikazzjoni.
L-imputat stqarr kif huwa kien qiegħed jipprova jaqta’ mid-droga, iżda l-persuna li għamel ir-rapport talab li l-imputat imur għand terzi persuni sabiex jixtrilu d-droga xorta waħda u l-imputat irrifjuta.
Kien hawn li nqala’ argument bejn l-imputat u l-persuna l-oħra.
Instema’ wkoll kif Azzopardi kellu vizzju tal-abbuż mid-droga eroina, tant li kien jikkonsma żewġ pakketti tad-droga kuljum.
Intqal kif anke ħu l-imputat u ommu kienu jafu bil-vizzju, iżda llum il-ġurnata, l-imputat rranġa ħajtu u għeleb il-vizzju.
L-akkużat kien assistit mill-Avukati Dr Stephanie Abela u Dr Vince Micallef.