Il-Qorti tal-maġistrati ma sabitx lil raġel ta’ 36 sena ħati li giref lil ibnu ta’ sitt snin waqt li kellu aċċess għalih fi żjara ta’rutina, kif kienet irrappurtatu li għamel martu, li hija separata minnu.
Minn mindu l-koppja bdew il-proċess tas-separazzjoni fl-2015, il-mara għamlet diversi rapporti simili, b’dan tal-aħħar għamlitu fl-2019.
F’dan ir-rapport partikolari, il-mara qalet li, waqt li kienet qed taħseb lil binha, innutat xi grif fiż-żona pelvika, fil-koxox, u fuq il-warrani tat-tifel, li min-naħa tiegħu qalilha li kien missieru li għamilhomlu.
Il-missier, min-naħa tiegħu, ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u saħaq li dakinhar ma kienx neħħa l-ħwejjeġ ta’ ibnu u ma ra l-ebda grif.
Fil-Qorti ntqal li l-inkwiet beda meta l-mara kienet f’nofs it-tqala. B’kollox, tul is-snin, hi kienet ressqet xi seba’ talbiet quddiem il-Qorti tal-Familja, li kollha ġew miċħuda. Ir-raħġel iddskriva dawn irr-apporti tal-mara bħala tentattivi biex tiċħadlu l-aċċess għal binhom.
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, li osservat li r-rapporti preċedenti kollha ma kellhom l-ebda rilevanza fil-każ, li kien jikkonċerna biss inċident wieħed partikolari.
Il-Qorti osservat li l-omm ma kinitx talbet lil binha dettalji dwar iċ-ċirkostanzi li fihom kienu kkaġunati dawk il-grif.
Barra minn hekk, għalkemm il-mara ġibdet ritratti tal-grif qabel ma t-tifel ġie eżaminat medikament, it-tabiba xehdet li ma tiftakarx li rat tant grif, minkejja li eżaminat u rreġistrat kull grif.
Il-Qorti argumentat li, filwaqt li l-akkużat ċaħad l-akkużi, l-aktar xhud importanti fil-każ – it-tifel – ma setax jitqies bħala affidabbli u jidher li kien influwenzat minn terzi.
Għaldaqstant, ma setgħetx issib lil-missier ħati.