Fil-Qorti tal-appell Robert Agius ta’ 36 sena nħeles mill-akkuża li 8 snin ilu ttraffika d-droga.
Fl-2012, Agius kien wieġeb mhux ħati li li kien qed jittraffika d-droga eroina, li kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina, arma bla liċenzja u li kien riċediv.
Kollox beda malli mara li waslet Malta mill-Kajr ġiet arrestata wara li nqabdet bil-pussess ta’ droga eroina. Hija qalet li kienet ftehmet mal-akkużat li ddaħħal id-droga f’Malta bi ħlas bil-quddiem ta’ ħames mitt ewro u elf ewro oħra wara li tasal bid-droga.
Il-Qorti tal-appell nnutat li l-mara qatt ma tatx ix-xhieda tagħha.
Il-Qorti osservat li s-sustanza li nstabet fuq l-akkużat qatt ma ġiet analizzata b’mod xjentifiku biex jaraw jekk kinitx droga illegali.
Fid-dar tal-akkużat nstabet biss balla u għalhekk kien ordnat iħallas multa ta’ €500.