Il-każ b’rabta ma’ traffikar ta’ kokaina fil-konfront ta’ Liam Cauchi waqa’ hekk kif id-dikjarazzjoni li ta kienet inammissibbli.
Il-każ imur lura għall-2014 meta l-Pulizija kienu qed isegwu lil Cauchi bil-karozza meta kien osservat basket jintrema’ barra minnha.
Fix-xhieda tagħhom il-Pulizija qalu li r-raġel kien qed isuq karozza tat-tip Toyota Tercel u ġie ordnat jieqaf mill-Pulizija taħt il-mini ta’ Santa Venera, b’wieħed mill-passiġiera waddab basket li nstabu fih tmintax-il qartas kokaina.
Il-Pulizija ħadet żewġ mobiles b’wieħed minnhom kellu messaġġi suspettużi.
L-akkużat ma ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih.
L-avukat difensur talab biex titneħħa d-dikjarazzjoni li ta lill-Pulizija minħabba li din ma ngħatatx fil-preżenza ta’ avukat.
B’hekk kien osservat kif permezz ta’ din il-prassi li kienet aċċettata dak iż-żmien, l-akkużat ippreġudika l-każ billi inkrimina lilu nnifsu fid-dikjarazzjoni tiegħu.
Allura l-evidenza l-oħra dwar il-każ ma kinitx biżżejjed biex issib ħati lil Cauchi bil-Qorti tordna l-qerda tad-droga misjuba.