Christopher Cauchi ta’ tmienja u tletin sena nħeles mill-akkużi wara nuqqas ta’ provi, hekk kif huwa tressaq il-Qorti mixli li f’Marzu ta’ tliet snin ilu fis-Siġġiewi pprova joqtol mara billi taha daqqa b’injama, fejn hija weġġgħet gravi.
Cauchi kien mixli wkoll li ħebb għal raġel ieħor u kien akkużat li kiser il-paċi pubblika.
Fil-Qorti, il-Maġistrat Yana Micallef Strafrace kkunsidrat kif il-vittma ma riditx tixhed kontra l-allegat aggressur u lanqas ir-raġel l-ieħor.
Il-vittma għażlet li ma tixhidx, hekk kif il-każ kien wieħed familjari u qalet ukoll kif is-sitwazzjoni marret għal aħjar.