Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva ma nstab l-ebda każ pożittiv fid-djar tal-anzjani.
Dan intqal mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci waqt il-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa.
Dan sostnietu wkoll fil-kuntest li n-nies ilhom aktar minn xahar iżuru l-anzjani wiċċ imb wiċċ mingħajr il-ħtieġa ta’ perspex iżda skont protokolli oħra.
Mit-Tnejn li ġej, iż-żjarat fid-djar tal-anzjani se jitilgħu għal tliet darbiet fil-ġimgħa.
Il-Professur Gauci qalet kif fl-isptarijiet hemm b’kollox 33 persuna, fosthom erba’ persuni rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Spjegat ukoll kif fl-isptarijiet San Tumas, Karin Grech u Monte Karmeli m’hemm l-ebda każ pożittiv ta’ Covid-19.