Charlo Calleja ta’ 37 sena minn Birkirkara tressaq il-Qorti akkużat li seraq minn karozza.
Il-każ ġara fis-17 ta’ Lulju, meta nsterqu mowbajl u tablet minn karozza f’Raħal Ġdid.
Mal-pulizija hu ammetta u qal li l-oġġetti misruqa biegħhom. Ir-raġel għandu problema tad-droga u huwa dipendenti fuqha.
Ir-raġel kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest.
Il-Maġistrat Nadine Lia ċaħdet it-talba għall-ħeslien mill-arrest. Il-Qorti rrakomandat lid-Direttur tal-Ħabs sabiex jingħata l-għajnuna minħabba l-vizzju tad-droga.