Justin James Grima ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li l-Ġimgħa filgħodu bdiet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tiegħu hekk kif lejlet l-Għid, saq għal fuq mutur ta’ pulizija. Fil-Qorti ntqal li dan seħħ waqt li Grima kien se jieħu t-tifla ċ-ċentru tas-saħħa.
Fix-xhieda tiegħu, l-Ispettur Matthew Galea spjega li dakinhar li seħħ il-każ, passiġġiera ma’ Grima kien hemm mara u tifla li niżlu mill-vettura. Xehed ukoll surġent tal-Pulizija stazzjonat fit-taqsima tat-traffiku li spjega kif iż-żagħżugħ qallu li ‘kuġinuh ma ddejjaqx itajjar wieħed u hu mhux se jiddejjaq itajjar tnejn’.
Il-Qorti ċaħdet it-talba mill-ħelsien arrest bil-każ ikompli fit-tnejn ta’ Mejju li ġej.