Raġel li kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ ta’ serq baqa’ jinżamm arrestat b’rabta ma’ każ ta’ serq ieħor.
L-akkużat li għandu 43 sena qed ikun mixli li seraq €500 mingħand mekkanik fis-7 t’Ottubru li għadda. Dan wara li allegatament aljena lill-mekkanik.
Huwa kien arrestat wara li ġie identifikat minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà u xhieda li kienu fuq il-post.
L-imputat kien akkużat ukol li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li ngħata f’Ġunju li għadda u kiser ukoll l-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li ngħata sena ilu.
Fil-Qorti ntqal li l-imputat kien jieħu ħsieb lil ommu li għandha problemi f’saħħitha.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni li kienet immexxija mill-Ispettur Paul Camilleri oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea ma tatx il-ħelsien mill-arrest.