Lowell Fenech ta’ tnejn u tletin sena mill-Pieta ma’ ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat bi vjolenza domestika.
L-ispettur Mark Mercieca spjega kif il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa u kien jinvolvi lil Fenech f’argument ma ommu u oħtu.
L-argument seħħ wara li Fenech mar għandhom u talabhom biex jgħix magħhom.
Madankollu huma oġġezzjonaw u kien hawnhekk fejn Fenech kkawża ġrieħi ħfief fuqhom u heddidhom b’ħajjithom.
Id-difiża mmexxija mill-Avukat Ishmael Psaila, talbet għal-ħelsien mill-arrest tal-akkużat madankollu l-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech saħqet li mhemm l-ebda ġustifikazzjoni għal vjolenza domestika.
Hija ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-membri tal-familja tiegħu u ordnat lill-akkużat jattendi għal trattament sabiex ikun jista’ jikkontrolla r-rabja tiegħu.