Nazzareno Dalli, ir-raġel li jinsab akkużżat li prova joqtol żewġt ibniet ta’ 12 u 15-il sena, b’diversi daqqiet ta’ sikkina ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia, wieħed mill-avukati li qed jidhru f’isem l-akkużat qal li Dalli huwa ‘clean’ mid-droga u li anke segwa korsijiet kollha ta’ rijabilitazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Kien għalhekk li huwa għamel talba għall-ħelsien mill-arrest.
Madanakollu, meta ġiet biex tiddeċiedi dwar din it-talba, il-Qorti qalet li ma tħosshiex komda tieħu deċiżjoni qabel ma jkollha serħan il-moħħ li l-imputat għandu s-sapport neċessarju.
Għalhekk, il-Qorti ordnat biex fis-seduta li jmiss, jixhdu l-uffiċjal tal-probation, rappreżenatati tal-Caritas u lill-psikologa ta’ Dalli, li qed isegwih fil-ħabs.