Ryan Refalo ta’ 28 sena li joqgħod f’Bormla ma ngħatax ħelsien mill-arrest wara li ttella’ l-qorti mixli kkawża ġrieħi ħfief lil terzi f’Wied iċ-Ċawsli, f’Ħal Qormi.
Fil-qorti ħareġ li l-allegat vittma kien qed isegwi lil Refalo fi Triq l-Imdina fejn waqqfu u argumentaw bejniethom.
Huwa mifhum aktar tard ikkonfrontaw lil xulxin fl-inħawi ta’ Wied iċ-Ċawsli fejn l-imputat ta daqqa ta’ sikkina lill-vittma.
L-imputat huwa akkużat fost oħrajn li fera persuna li sal-lum għadu jinsab rikoverat fl-isptar Mater Dei, li kiser il-paċi pubblika, hedded lill-vittma u talli kiser kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja ta’ sentenza mogħtija lura fl-2012.
Refalo wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u l-qorti ppresedutha mill-Maġistrat Nadine Lia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/03/bil-filmat-ragel-biz-ziemel-jaqla-daqqiet-ta-sikkina-fhal-qormi-1/