Raġel ta’ 32 sena minn Marsaskala ma ngħatax il-ħelsien wara li tressaq il-Qorti akkużat bil-pussess agravvat ta’ aktar minn 700 gramma droga suspettata kokaina. Hu ġie akkużat ukoll b’ħasil ta’ flus.
Fil-Qorti l-Ispettur Alfredo Mangion qal kif kellhom informazzjoni li kien hemm binja li qed tintuża għat-traffikar tad-droga.
Minn din il-blokka ħarġet il-mara li tressqet il-Qorti iżjed qabel eventwalment ġiet arrestata imbagħad ġie arrestat l-imputat.
Fit-tfittxija li saret fl-istess blokka nstabet id-droga u €650,000 fi flus kontanti.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. L-Avukati difensuri Franco Debono u Marion Camilleri talbu għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest u filfatt il-Maġistrat Josette Demicoli ċaħdet din it-talba.
ARA WKOLL: