Il-ħames Maltin akkużati bl-allegat aggressjoni fuq żewġ Pulizija fil-Ħamrun inżammu arrestati.
Dan wara li l-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Monica Vella ma laqgħetx it-talba tal-ħelsien mill-arrest.
L-allegat aggresssjoni seħħet fil-21 ta’ Settembru li għadda, Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija.
Fl-ewwel żewġ seduti tal-kumpilazzjoni, l-avukati difensuri argumentat li l-argument beda tort tal-ksuħat tal-Pulizija.
Il-ħames akkużati huma: Erika Borg ta’ 42 sena, żewġha Elton Borg ta’ 46 sena, ħuh Kurt Borg ta’ 44 sena, Redimen Aquilina ta’ 23 sena u Christian Mansueto ta’ 33 sena. Huma lkoll wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.