Il-Parlament Portugiż ivvota kontra l-Budget propost għall-elfejn tnejn u għoxrin.
Dawn wara li mija u sbatax-il Membru Parlamentari vvutaw kontra l-Budget, mija u tmienja vvutaw favur u ħamsa astjenew.
Il-Budget, li ġie propost mill-Prim Ministru Portugiż António Costa, kellu fond ta’ €9.7 biljun allokati mill-Unjoni Ewropea.
Fid-diskors ta’ wara l-vot, il-Prim Ministru qal li hu għamel dak kollu li seta biex dan il-Budget jaħdem mingħajr ma jkun ta’ detriment għall-pajjiż u jirkupra mill-pandemija.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Komunista Portugiż akkuża lill-Gvern li m’għamilx biżżejjed biex itejjeb is-servizzi pubbliċi.
Fil-fatt kien dan il-partit li s-soltu jivvota mal-Gvern ta’ Costa, li ħareġ kontra.
Skont il-liġi kostituzzjonali tal-Portugall, jekk tissejjaħ l-elezzjoni, din trid issir f’Jannar li ġej.