Fl-aħħar sigħat fieqet persuna oħra mill-Coronavirus u ma feġġ l-ebda każ ġdid minn fost 1,692 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 26 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 969,704 testijiet.
Ingħataw ukoll 636,059 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 353,584 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 294,650 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.