L-avukat Toni Abela ma jemminx li Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista appoġġjaw il-kandidatura tiegħu għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Skont rapport fis-sit Illum Abela ddikjara dan f’intervista li se tkun ippubblikata għada. “Li jindika li Simon kien wara dan kollu dakinhar meta ħareġ ir-riżultat tiegħi ma ġejtx aċċettat.
Ipprova jagħti l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista mhux se jfixkel, meta ħarġet l-aħbar li jien ma ġejtx aċċettat kieku kien qed jappoġġja l-kandidatura tiegħu mhux kien jinfexx f’tgħajjir kontra il-Prim Ministru, għax m’għażilx il-kandidat tiegħu. Kieku appoġjak jiddispjaċih,” qal l-avukat Abela.
Qabel is-smigħ tal-avukat Abela tqassam dossier anonimu b’tagħrif li l-Partit Nazzjonalista kien uża fl-aħħar kampanja elettorali.
L-intervista ta’ Abela saret ftit tal-jiem wara li l-Partit Nazzjonalista indika li se jfixkel ukoll lil Leo Brincat kif jidher fil-filmat hawn taħt.