L-Eks Viċi President Amerikan, Joe Biden, u r-rivali tiegħu Elizabeth Warren u Bernie Sanders ħaduha kontra xulxin dwar is-sistema tal-kura tas-saħħa fl-Amerika waqt dibadditu li sar ilbieraħ f’Houston Texas.
It-tliet kandidati li huma meqjusa fost il-favoriti tal-Partit Demokratiku Amerikan għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2020, idibattu għall-ewwel darba ilbieraħ.
Minkejja li waqt id-dibattitu tqajjmu diversi suġetti dwar l-imigrazzjoni, it-tibdil fil-klima kif ukoll il-kontroll dwar l-armi, is-suġġett tal-kura tas-saħħa kien l-aktar suġġett li qajjem batibekki jaħarqu.
Il-kwistjoni dwar ir-riforma tal-kura tas-saħħa qasmet lill-kandidati Demokratiċi f’dawk li huma moderati u dawk li huma aktar progressivi.
Is-Senaturi Sanders u Warren, it-tnejn huma favur is-sistema Medicare għal kulħadd, u li tespandi l-programm eżistenti għall-anzjani biex tkompri lill-Amerikani kollha f’polza ta’ assigurazzjoni waħda.