“Ma jagħmel ebda gieħ lill-ebda politiku li juża l-Korp tal-Pulizija għal skopijiet ta’ politika partigjana. Nappella lill-Oppożizzjoni sabiex toqgħod attenta kif tuza u titkellem fuq il-Pulizija u m’għandiex tinqeda bihom biex tipprova tiskurja punti politiċi”.
Hekk stqarr il-Ministru responsabbli mill-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela b’reazzjoni għal rapporti fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-PN.
Il-Ministru qal li dik tal-PN hija attitudni inaċċettabli fuq membri li hadu l-gurament tal-lealtà lejn in-nazzjon u li ta’ kuljum iservu għal protezzjoni taċ-ċittadini.
“Nappella lil Pulizija biex ma jagħtux każ dawn id-dikjarazzjonijiet negattivi u jibqgħu hemm għal poplu kollu” qal il-Ministru Abela.
“Il-Gvern se jibqa jemmen fil-Korp u se jkompli jinvesti għal Pulizija izjed moderna u aggornata għar-realtajiet ta’ llum”.