Godfrey Farrugia ma jafx kemm hemm membri eliġibbli biex jaħtru l-Kap u l-Eżekuttiv tal-Partit Demokratiku.
F’kummenti ma’ ONE News ikkonferma li m’għandux idea ta’ kemm il-Partit Demokratiku għandu membri iżda min-naħa l-oħra m’eskludiex li jikkontesta għal Kap tal-Partit Demokratiku.
Il-Kap preżenti Marlene Farrugia saħqet li mhix se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Demokratiku minħabba li fi kliemha trid tiffoka fuq prioritajiet oħra.
Minkejja dan hija spjegat li sabiex persuna tkun eliġibbli biex tivvota trid tal-inqas tkun attendiet żewġ get-togethers.
Sa issa mhux magħruf jekk hux se tinżamm xi tip ta’ rassenja mal-bieb ta’ fejn isiru l-get-togethers li normalment isiru fi proprjetà ta’ Farrugia.