Somalu li huwa priġunier fil-ħabs ta’ Kordin u li skontu, tahom lil gwardjan partikolari ma jafx fejn spiċċaw il-flus.
Huwa jinsab akkużat li pprova jitlaq minn Malta b’€160,000 mhux iddikkjarati u anke b’ħasil ta’ flus.
Fil-Qorti xehed pulizija li kien preżenti waqt li saret tfittxija meta l-akkużat daħal il-ħabs u kkonferma li kellu envelop kannella bil-flus fih.
Meta ġimgħa ilu, il-Pulizija marru sabiex jiġbru l-għaxart elef ewro, dawn ma nstabux.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan jinsabu għaddejjin.