Albert Buttigieg, li qed jaffaċċja akkużi ta’ ħasil ta’ flus, mhux se jiġi investigat fuq filmati li nstabu fuq apparat elettroniku tiegħu, liema filmati jidhru li ttieħdu minn kamera moħbija f’toilet tan-nisa.
Dawn il-filmati qegħdin jiġu investigati, u jidhru li ma ttieħdux mis-sid tar-ristorant.
Wara li dawn ġew investigati, il-Pulizija kkonkludew li ma kien hemm ebda reat, allura Buttigieg mhux se jkun qiegħed jitressaq fuq akkużi marbutin mal-filmati.