F’dan il-lejl bejn l-aħħar tas-sena u l-bidu tas-sena l-ġdida, fortunatament ma ġew irrapportati l-ebda inċidenti tat-traffiku.
Dan hekk kif f’dan il-lejl ħafna joħorġu sabiex jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida, fosthom fil-Belt Valletta.
F’kitba fuq Facebook, il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett irringrazzja lill-pubbliku ġenerali li użaw it-toroq tagħna bil-galbu u rrispettaw lil xulxin.
Huwa rringrazzja wkoll lil Trasport Malta tal-kampanja li saret fi żmien dawn il-festi ‘AM I OK TO DRIVE’ u anki l-uffiċjali li wettqu spezzjonijiet matul il-lejl li għadda.