Ġuvni ta’ 18-il sena mit-Tuneżija ma ġarrab l-ebda ġrieħi gravi wara li pprova jweġġa’ lilu nnifsu waqt li kien fiċ-ċella tiegħu fejn kien qed jinżamm taħt arrest fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Dan l-inċident seħħ it-Tnejn għall- ħabta tas-13:40.
Il-Pulizija intervjeniet b’mod immedjat u għalhekk ir-raġel ma ġarrab l-ebda ġrieħi, minkejja dan, huwa ttieħed l-isptar Mater Dei sabiex jiġi nvistat.