Etjopjan weħel ħames xhur ħabs wara li nstab ħati li seraq bagalja ta’ bdot mil-lukanda Le Meridien f’ San Ġiljan f’ Ottubru li għadda.
Ir-raġel, li saħaq li mgħandux saqaf fuq rasu, inqabad mill-kameras tas-sigurtà jġorr il-bagalja, mimlija b’ ħwejjeġ tad-ditta, apparat elettroniku u laptop mill-kamra tal-bdot.
Huwa saħaq li l-affarijiet li seraq kienu ta’ ħabib Ġamajkan li kien residenti fl-istess lukanda.
Kiflom Habtoum, li fl-ewwel dehra tiegħu fil-qorti irrifjuta l-assitenza t’ avukat u għamel xenata fl-awla kien immultat is-somma ta’ elf ewro meta nstab ħati ta’ serq aggravat, vagabundaġġ u li reġa’ xellef diffrejh mal-ġustizzja.