Delia m’għandux bżonn “10 year challenge” iżda “10 minute challenge” għax f’mument jgħid ħaġa u f’nifs ieħor jgħid ieħor, u dak li hu tiegħu jipprova jitfgħu fuq ħaddieħor.
Filli jattakka l-media meta jikkritikawh, filli jfaħħarhom meta jikkritikaw lil ħaddieħor. Filli jattakka Occupy Justice, filli jfaħħarhom. Filli jattakka deputati tiegħu, filli jgħid li m’għamilx hekk. Filli jgħid li favur l-investiment, filli joħroġ kontrih.
La l-Partit Nazzjonalista, aħseb u ara l-familji u negozji ma jafux fejn qegħdin ma’ Adrian Delia.