L-aħbar li l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ma ta ebda reazzjoni għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-liġijiet li jirregolaw l-użu tal-kannabis hija prova oħra ta’ kif il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jiddeċidix u miegħu ma tafx fejn qiegħed.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota kif tul l-aħħar ġimgħat, kienu diversi l-entitajiet u individwi fil-pajjiż li taw ir-reazzjoni tagħhom bħala parti minn din il-konsultazzjoni pubblika.
Il-Partit Laburista elenka kif ħafna taw opinjonijiet different f’eżerċizzju ta’ konsultazzjoni dwar riforma kuraġġuża oħra li qed iwettaq il-Gvern, fosthom il-Partit Laburista.
B’kuntrast, il-Partit Laburista qal kif għal darb oħra reġa’ spikka s-skiet ta’ Bernard Grech li jibqa’ konsistenti fin-nuqqas ta’ kuraġġ li jiddeċiedi u jipproponi.
L-istqarrija temmet tgħid li mhux ta’ b’xejn, ma’ Bernard Grech, ħadd ma jaf fejn qiegħed.