Mit-Tnejn 2 t’Ottubru ma’ bidu ta’ skeda ġdida fuq ONE, rritorna l-programm popolari KALAMITA. Minn din l-iskeda, l-programm qed jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa minn 12pm sat-3pm, b’Alfred Zammit għal sena oħra jibqa’ b’lejalta’ l-preżentatur prinċipali.
Iżda minn din l-iskeda, it-tim u l-familja ta’ Kalamita, kompliet tikber. Ma’ Ġorġ, Tiziana Calleja, Marisa D’Amato u Veronica Farrugia, issa żdiedu żewġ preżentaturi oħra; Lynn Faure Chircop u Stephanie Camilleri.
Kalamita qiegħed jixxandar għall-24 sena tiegħu u jibqa’ l-għażla naturali għal bosta Maltin u Għawdxin li jagħżlu li jsegwu t-televiżjoni lokali wara nofsinhar.
