Lyndsay Pace, li rajniha f’diversi festivals lokali kif ukoll internazzjonali bħal Malta Eurovision Song Contest, XFactor Malta, Britain’s Got Talent, The Harbtex Carpathia Festival fil-Polonja, The Fan Vision Song Contest fil-Ġermanja u oħrajn għadha kemm nediet vidjo mużikali tal-kanzunetta ġdida tagħha ”I Breathe for you” .

Din il-kanzunetta fuq stil pop/ballad hija produzzjoni u lirika ta’ Michael James Down u Will Taylor b’kollaborazzjoni ma’ Highkey Music tal-Inghilterra, filwaqt li l-vidjo mużikali huwa produzzjoni u direzzjoni ta’ Malcolm Camilleri maħdum minn TechNoir Media.
F’Marzu li ġej lil Lyndsay ser narawha mas-Semi Finalisti ta’ Mużika Mużika, Festival Kanzunetta Maltija
Segwi hawn il-vidjo tal-kanzunetta ”I Breathe for you”