Mart il-Prim Ministru Lydia Abela flimkien ma’ bintha Giorgia Mae, żaru s-santwarju tal-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati f’Birżebbuġia.
Dr Abela, f’isem il-Malta Together u b’parti mill-impenn tagħha favur l-annimali ppreżentat donazzjoni lil dan is-santwarju. Is-Sinjura Abela semmiet il-ħidma kontinwa tal-Gvern favur l-annimali.
Is-Sinjura Abela stqarret:“ L-appell tiegħu huwa għall-3 affarijiet, biex il-poplu jkomli jagħti aktar donazzjonijiet, biex ikun hawn aktar voluntiera u biex dawn il-klien isibu home.”
Is-Sinjura Abela qalet li tinsab grata għax-xogħol li jagħmlu numru ta’ voluntiera sabiex jiżguraw li il-ħarsien xieraq tal-annimali abbandunti f’Malta u Għawdex.
Min-naħa tagħha l-attivista tal-annimali Moira Delia faħħret l-impenn ta’ Dr Lydia Abela li qed tiffoka f’qasam li sa snin ilu ma tantx kien jingħata wisq importanza.
Delia qalet: “Li Dr Lydia Abela għażlet li tiffoka fuq il-ħarsien tal-annimali hija a dream come true għalina. Għalhekk aħna se nkomplu naħdmu għad-drittijiet tal-annimali biex jonqos u jispiċċa darba u għal dejjem l-abbandun u l-krudeltà fuq l-annimali u nsiru aktar sidien ressponsabbli.”
Intant, volontiera mis-santwarju Rosalind Agius filwaqt li rringrazzjat lil mart il-Prim Ministru, appellat lill-pubbliku għall-għajnuna.
Hisja sostniet:“Hawnekk is-santwarju dejjem għandna l-appell illi voluntiera, donations, ikel. Jekk tridu tgħinunha hawn tmenin kelb.”