Dalgħodu mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela qattgħet nofstanhar man-nies fil-Kottonera, fosthom fid-djar, f’postijiet tax-xogħol u anke f’numru ta’ ħwienet f’Bormla u l-Birgu.
Dr Lydia Abela tenniet li l-Partit Laburista jibqa’ jaħdem għall-fiduċja tan-nies kuljum billi jiltaqa’ u jisma’ b’mod dirett il-prijoritajiet tagħhom. Spjegat li, f’ċirkostanzi simili, tapprezza kemm in-nies iħossu li pajjiżna miexi ’l quddiem.

Man-nies, mart il-Prim Ministru fakkret kif din il-ġimgħa għandna appuntament importanti, fejn il-Partit Laburista se jkompli juri l-viżjoni tiegħu għal Malta Ħielsa.
Għalhekk sostniet li, il-Ħadd mis-sitta ta’ filgħaxija, ningħaqdu flimkien f’Xatt ir-Risq fil-Birgu biex nuru kif il-ħelsien ekonomiku u soċjali se jkompli jfassal il-ġejjieni u jwassal aktar progress u kisbiet b’risq il-Maltin u Għawdxin kollha.