Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela bdiet l-aħħar Ħadd tal-kampanja elettorali viċin tan-nies f’diversi lokalitajiet fil-ħames distrett, fosthom fiż-Żurrieq u l-Imqabba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fiż-Żurrieq fost l-oħrajn hija żaret iż-żewġ każini tal-banda fejn intlaqgħet ferm tajjeb min-nies.
In-nies tkellmu ma’ mart il-Prim Ministru dwar il-proposta tal-Partit Laburista, li se tara dawn il-każini mgħejjuna mill-Gvern u b’hekk ikunu jistgħu ikomplu bil-ħidma tagħhom.
Huma laqgħu ukoll il-messaġġ li kellha Dr Lydia Abela bi proposti favur il-familji.
Iż-Żrieraq irringrazzjaw lil mart il-Prim Ministru għax-xogħol tagħha u tal-Partit Laburista.