Il-Ħamis filgħodu, mart il-Prim Ministru Dr. Lydia Abela iltaqet ma’ bosta nies u bejjiegħa, din id-darba fis-suq ta’ Birżebbuġa.
Hawnhekk inħass sentiment pożittiv għall-investiment li wettaq dan il-Gvern waqt pandemija u dwar dak li qed jiġi propost mill-Partit Laburista jekk jingħata l-fiduċja għall-ħames snin li ġejjin.
Lydia Abela żaret ħanut tax-xagħar f’Birżebbuġa, fejn is-sid tkellem dwar iż-żmien diffiċli li għaddew minnhom waqt pandemija, iżda qal li grazzi għall-Gvern immexxi minn Robert Abela setgħu jibqgħu fuq saqajjhom.
Dr. Abela semgħet ukoll bosta esperjenzi minn anzjani li kien hemm fuq il-monti, fejn uħud semmew kif qed jgħixu ħajja komda, grazzi għaż-żieda fil-pensjonijiet.