Dalgħodu mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela ltaqgħet ma dawk li fl-għodwa sabiħa kienu fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid.
Intlaqgħet minn bosta li kellhom kliem ta’ ringrazzjament għal mod li mexxa bih Gvern Laburista f’mument ta’ sfida bla preċedent iżda spikkat l-aktar is-simpatija tal-anzjani li qed iħossu d-differenza f’ħajjithom biż-żidiet fil-pensjonijiet u anke laqgħu b’sodisfazzjon il-proposta ta’ gvern ġdid Laburista li jkompli jżid il-pensjonijiet fost oħrajn.
Filwaqt li sid ta’ ħanut espremiet sentiment pożittiv għall-fatt li Gvern Laburista wieżen lin-negozji.

