Matul il-jum mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela ltaqgħet man-nies fin-Nadur Għawdex fejn daret fost oħrajn is-suq tal-istess lokalità.
Magħha kien hemm il-kandidati tal-Partit Laburista li se jikkontestaw fuq it-tlettax-il distrett.
Hija tenniet messaġġ dwar futur isbaħ għall-pajjiżna, tlett ijiem qabel mal-poplu jivvota għall-gvern ġdid li se jkun qed imexxih għall-ħames snin li ġejjin.
In-nies kellhom kliem ta’ ringrazzjament hekk kif il-Partit Laburista wieżen lin-nies waqt żmien ta’ pandemija u qed iressaq proposti li jkompli jagħti serħan il-moħħ.