Waqt attività mtella’ mill-fergħa fi ħdan il-Partit Laburista, Nisa Laburista, Dr Lydia Abela għamlet emfasi dwar l-għarfien tal-kanċer tas-sider.
Hi sostniet fuq l-importanza li wieħed jiċċekkja lilu nnifsu.
F’post fuq il-midja soċjali, Dr Abela esprimiet is-sodisfazzjon tagħha talli l-Partit Laburista qiegħed jieħu rwol attiv f’kampanji bħal dawn fejn b’mod dirett, il-politiku, il-professjonisti u min qiegħed jgħaddi mill-esperjenza, jiltaqgħu flimkien fuq mejda waħda u jiddiskutu.
Dan bil-għan li jinħolqu inizzjattivi ġodda fil-ħajja tan-nies.