Mart il-Prim Ministru Lydia Abela ċċelebrat jum għeluq sninha bi żjara fis-Soup Kitchen.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’ritratt li ppubblikat fuq il-paġna tagħha fuq facebook, spjegat kif kellha żjara li se tibqa’ tgħożż.
Fl-aħħar jiem propju anki fuq ONE, Lydia Abela kompliet twassal messaġġi importanti fuq temi soċjali fosthom ta’ għajnuniet fil-komunità u appoġġjat inizjattivi li huma ta’ ġid komuni.
Il-ġimgħa l-oħra tkellmet f’Konferenza Internazzjonali fi Brussell dwar is-saħħa mentali.
Fil-konferenza organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, Dr Abela aċċennat li min ifittex l-għajnuna ċertament mhuwiex dgħajjef.