F’kitba ta’ opinjoni fuq il-gazzetta MaltaToday, mart il-Prim Ministru Lydia Abela tenniet li dan huwa baġit mill-qalb.
Hija qalet li l-baġit, li ġie approvat ukoll mill-Kummissjoni Ewropea, mhuwiex biss pjan finanzjarju, iżda turija ta’ sapport lejn dawk l-aktar vulnerabbli.
Semmiet fost l-oħrajn, li għaqdiet volontarjiuse jirċievu tax credit ta’ ħames mitt ewro, u li l-fondi u l-programmi ta’ ħarsien għall-annimali żdiedu b’aktar minn tmien miljun ewro.
Lydia Abela tenniet li miżura mill-qalb hija dik għall-ommijiet kollha, li se jirċievu kreditu fil-pensjoni tagħhom għaż-żmien meta welldu u ma kinux xogħol.
Irrimarkat dwar iż-żieda fl-allokazzjoni għal dawk li jgħinu lill-persuni b’diżabilità, u l-assistenza soċjali waqt programmi ta’ rijabilitazzjoni.
Dr Abela semmiet l-impenn tal-Gvern favur aktar spazji ħodor, hekk kif l-allokazzjoni finanzjarja għal proġetti ta’ spazji ħodor aktar milli rduppjat.
F’dan l-artiklu semmiet ukoll li dan il-baġit kompla jsaħħaħ is-sigurtà, waqt li qed jindirizza l-vjolenza domestika.
Dawn l-inizjattivi u aktar jiffurmaw il-bażi ta’ baġit mill-qalb, bl-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin huwa prijorità.
Dan huwa baġit uman, iddedikat lejn il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, temmet tgħid Dr Lydia Abela fl-artiklu ta’ opinjoni tagħha.