Intant Ġimgħa filgħaxija, l-istess Valletta u Luxol iltaqgħu għall-aħħar logħba tar-rawnd tal-Elite qabel ma jibdew il-play offs. Iż-żewġ timijiet kienu qed jaqsmu l-ewwel post tal-Elite b’51 punt. Wara dan il-konfront Luxol telgħu l-ewwel waħedhom b’54 punt meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 7-2.
Għal Luxol kellna tripletta ta’ Maicon Silva Gaiewski, doppjetta ta’ Zvezdan Vukovic u gowl kull wieħed għal Andy Mangion u Emil Anfrei Raducu. Iż-żewġ gowls Beltin waslu mingħand Denis Di Maio u Dylan Musu.
F’aktar riżultati mir-rawnd tal-Elite Tarxien Rainbows għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 6-5 u t-tim tal-Università ta’ Malta ħareġ rebbieħ fuq Swieqi United bl-iskor ta’ 5-1.
Fl-unika logħba mill-Ewwel Diviżjoni Pietà Hotspurs għelbu lil UM Futsal Academy bl-iskor ta’ 6-4 u wara tmiem il-logħba ġew mogħtija t-tazza u inkurunati bħala rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni.
Klassifika Elite
Luxol 54; Valletta 51; Birkirkara & Swieqi United 31; L-Università ta’ Malta 21; Tarxien Rainbows 18.
Klassifika L-Ewwel Diviżjoni
Pietà Hotspurs 22; Swieqi United U21 15; Luxol U19 13; UM Futsal Academy 3