Iċ-ċampjins lokali tal-futsal Luxol St Andrews komplu jiktbu l-storja ta’ dan l-sport li kull ma jmur qed jkompli jikber f’pajjiżna; meta ilbieraħ fit-tieni logħba tal-UEFA Futsal Champions League għelbu lill-Olandiżi Hovocubo 5 – 1 biex b’hekk kwalifikaw għal Elite Round.
L-intenzjonijiet ta’ Luxol dehru ċari sa mill-bidu net tal-konfront tant li wara 30 sekonda, l-Maltin marru fil-vantaġġ. Sat-tmiem l-ewwel taqsima Luxol kienu 3 – 0 fil-vantaġġ.
Anke fit-tieni taqsima Luxol baqaw dominanti minkejja li Hovocubo ħarġu bil-flying keeper sabiex jippruvaw jerġaw jidħlu fil-partita.
Luxol skorjaw darbtejn oħra matul it-tieni taqsima għalkemm mar-raba gowl, l-Olandiżi naqsu d-distakk.
Skor Finali 5 – 1 liema riżultat ġab ċelebrazzjonijiet kbar mill-plejers u diriġenti ta’ Luxol St. Andrews.
Il-Maltin jerġaw jkunu fl-azzjoni għada kontra l-qawwa ta’ Barcelona.