Donald Trump irritorna għall-kampanja elettorali tiegħu għall-elezzjoni presidenzjali wara li ġimagħtejn ilu kien irriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19. L-ewwel attività kienet rally f’Sanford, Florida, wieħed mill-aktar stati diffiċli għal kwalunkwe partit biex jikseb il-maġġoranza.
Il-preżenza ta’ Trump f’din l-attività ġabet il-kundanna tal-avversarju tiegħu, id-Demokratiku Joe Biden.
Iż-żewġ kandidati issa għaddejjin bl-aħħar fażi tal-kampanji rispettivi tagħhom hekk kif il-poplu Amerikan se jkun qed jagħżel President ġdid fit-tlieta ta’ Novembru li ġej.
S’issa l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qed juri li Biden igawdi aktar fiduċja minn Trump fuq livell nazzjonali.