Peanut, qattus gustuż ġinġer, irritorna lura ma’ familtu f’Jum il-Milied wara li kien ilu nieqes għal sitt xhur. Hekk irrakkonta sidu fuq il-paġna Rubs Puppy Love fuq is-sit soċjali Facebook ilbieraħ filgħodu.
Sid Peanut kien ilu xhur jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jgħaddu kull tip ta’ informazzjoni dwar jekk rawx lill-qattus tiegħu jiġri barra dan hekk kif fil-15 ta’ Ġunju Peanut sfa nieqes.
Sidu ma qatax qalbu u dejjem kellu fidi li xi ġurnata jew oħra, Peanut għad jerġa’ jirritorna lura, iżda żgur qatt ma stenna li se jkun qed jirritorna lura bħala l-isbaħ rigal għall-jum tal-Milied.
Hu rringrazzja lil kull min ma qatax qalbu u li dejjem emmen li Peanut għad jerġa’ jirritorna, fejn ‘il fuq minn elf persuna ferħet miegħu b’din l-aħbar tant sabiħa.