Grupp ta’ tfajliet li nħelsu mill-militanti tan-Niġerja, Boko Haram, sa fl-aħħar ingħaqdu lura ma’ familthom.
It-82 tifla, li kienu parti mill-grupp kbir ta’ tfajliet li nħatfu mill-iskola lura fl-2014, kienu qed jinżammu mis-servizzi tas-sigurtà fil-kapital ta’ Abuja.
Il-ġenituri tagħhom rikbu fuq tal-linja tul il-lejl biex jerġgħu jiltaqgħu mat-tfal tagħhom .
Aktar minn 100 minn 276 tfajla, li nħatgu mir-raħal ta’ Chibok, għadhom qed jinżammu mill-grupp ta’ militanti. Ħadd ma jaf eżatt fejn qed jinżammu.
It-82 tfajla nħelsu madwar ġimgħatejn ilu wara li kien hemm qbil li jinħelsu tant tfajliet, dejjem jekk isir qbil li jinħelsu mill-ħabs ħames militanti ta’ Boko Haram.