Il-maġġor parti tat-tfal Tajlandiżi li fil-ġimgħat li għaddew ġew salvati wara li għamlu ġimgħatejn maqbuda f’għar lestew in-novizzjat f’monasteru tal-Buddisti.
It-tfal li wara li ħarġu mill-isptar marru jimmeditaw iċċelebraw in-novizzjat tagħhom f’ġieh wieħed mill-għaddasa li miet waqt l-operazzjoni tas-salvataġġ.
Wieħed mit-tfal salvati ma ħax sehem fl-esperjenza reliġjuża mal-Buddisti hekk kif huwa nisrani.
Sadanittant il-kowċ li kien mat-tfal se jdum tliet xhur oħra jimmedita fil-monasteru tal-Buddisti.