Wara ġimgħa ta’ temp xejn pjaċevoli, għexieren ta’ Maltin kif ukoll turisti li qegħdin jagħmlu btala f’pajjiżna, illum ħatfu l-opportunità u żaru l-bajjiet Maltin biex iqattgħu siegħa taħt ix-xemx partikolari Maltija.
Minkejja li bdiet il-Ħarifa u t-temperaturi niżlu, in-nies ma qatgħux qalbhom biex imorru sa xi bajja jew pool biex igawdu l-aħħar ftit jiem ta’ temp sħun u sema mingħajr sħab.
Evidentament ma kienux wieħed jew tnejn li reħewlha sal-kosta iżda numru ta’ nies ħadu vantaġġ minn dan it-temp kważi sajfi qabel ma nibdew nsibu refuġju mill-bard u l-kesħa ġewwa djarna fiż-żmien qarib li ġej.