Għall-ewwel darba mis-sena 1798, l-istallett ta’ Jean de Valette se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni f’Malta waqt esebizzjoni li se tittella’ minn Heritage Malta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Presidenza Maltija.
Kien ir-Re Filippu II ta’ Spanja li lill-Gran Mastru Jean de Valette tah xabla u dan l-istess stallett tad-deheb, biex jgħarraf il-kuraġġ li kellu fi ħdan l-Ordni ta’ San Ġwann.
Dan l-istallett se jkun qed jingħata lil Malta bħala self mill-mużew Louvre f’Pariġi, dan hekk kif meta lura fl-istorja Malta spiċċat taħt il-ħakma Franċiża, ix-xabla ta’ de Valette kienet intbgħatet lura Franza filwaqt li l-istallet kien żammu l-mexxej Napuljun Bonaparte sal-jum ta’ mewtu. L-istallet kien mbad ittieħed fil-mużew Louvre sabiex jingħaqad flimkien max-xabla.
Din l-esebizzjoni se tkun qed tagħti bidu fit-18 ta’ Marzu bl-aħħar ġurnata ta’ ftuħ se tkun id-9 ta’ Lulju.